Dan il-Milied lesti ruħek għal xandira diretta direttament imxandra mill-gżira tat-tliet għoljiet. Kunċert mimli mużika, kant, ċajt u sorpriżi, biex l-ispirtu tal-Milied jiżżewweġ mal-umoriżmu f'lejla ta' divertiment għall-familja kollha fit-28 ta' Novembru fit-Teatru Astra, ir-Rabat, Għawdex.
Bis-sehem ta' Ray Calleja, Daniel Cauchi, Michael Spagnol, Michela Pace, Kantera, Mario u Maria Caruana, u l-kor Piccole Stelle se nwasslulkom programm speċjali li matulu jista' jiġri minn kollox… għax f'xandira diretta fejn tkun taf x'jista' jinqala'! Xandruha mal-erbat irjieħ.